Sport Sport Ieħor

Rebħiet għal Williams u Djokovic fl-ewwel round tal-Open tal-Awstralja

Serena Williams bdiet il-mixja tagħha biex tirbaħ l-24 Grand Slam tal-karriera hekk kif irnexxiela tegħleb lil Laura Siegemund f’56 minuta 6-1, 6-1.

Iċ-champion tal-Open tal-Istati Uniti, Naomi Osaka wkoll kellha bidu konvinċenti hekk kif għelbet 6-1, 6-2 lir-Russa Anastasia Pavlyuchenkova.

Fis-Singles tal-Irġiel, Novak Djokovic ukoll kellu bidu tajjeb hekk kif fl-ewwel round għeleb lil Jeremy Chardy 6-3, 6-1, 6-2.

Nick Kyrgios ukoll għamilha għat-tieni round meta għeleb lil Federico Silva 6-4, 6-4, 6-4.

Wara bidu frustratni, Alexander Zverev għeleb lil Marcos Giron 7-6,6-7, 3-6, 2-6.