Lokali

SKANDLU WIND FARMS: Nuqqas fil-proċess ta’ due diligence

Investigazzjoni interna li saret mill-Enemalta dwar l-iskandlu tal-Windfarms fil-Montenegro sabet li kien hemm nuqqas fil-proċess ta’ due diligence kif ukoll nuqqas ta’ professjonalita fil-mod kif gie analizzat dan id-deal.

Kien is-sena l-oħra meta ħarġet l-aħbar li s-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech kien imdaħħal f’dan id-deal fejn allegatament għamel profitt ta’ 4.6 miljun ewro wara li ffinanzja b’mod sigriet intermedjarju biex ibigħ l-ishma tal-proġett tal-windfarms lill-Enemalta.

Il-kumpanija Cifidex serviet bħala l-intermedjarju – kumpanija li s-sid tagħha huwa Turab Musayev li kien parti mill-konsorzju tal-Electrogas.

Skont it-Times….l-investigazzjoni li saret mill-Enemalta sabet nuqqas fil-porċess ta’ due diligence fuq Cifidex.

Dak iż-żmien, il-bord tal-Enemalta ta l-approvazzjoni biex jidħol fi ftehim ma’ Cifidex, fejn f’Jannar tal-2015, il-kumpanija intermedjarja lanqas biss kellha ishma f’dan il-proġett. L-Enemalta xorta waħda xtrat l-ishma minn Cifidex għal €10.3 miljun f’Diċembru tal-2015, ġimgħat wara li l-intermedjarju kien finalment akkwista l-ishma huwa stess mil-konsorzju Spanjol Fersa, għal €2.9 miljun.

L-Enemalta mbagħad għaddiet l-ishma lil konsorzju stabbilit għall-proġett, li kien jinkludi l-azzjonisti tal-Enemalta…. Shanghai Electric Power.

Ir-rapport enfasizza kif Nexia BT, il-kumpanija fil-qalba tal-iskandlu tal-Panama Papers, ġiet ikkuntattjata biex twettaq rapport ta’ evalwazzjoni tat-tariffi marbuta ma’ dan il-proġett ….biex tiżgura li l-prezz li qed jitħallas kien wieħed ġust.

F’Novembru tal-2019, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat għamel żjara fil-Montenegro sabiex jinawgura l-proġett ta’ dawn il-windfarms.

Intant, id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus ressaq Mistoqsija Parlamentari sabiex il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli tippubblika dan ir-rapport.