Lokali Parlament

Spiċċa ż-żmien tat-taparsi arresti ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li spiċċa ż-żmien tat-taparsi arresti ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Fil-parlament Karol Aquilina qal li hemm qbil dwar il-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Publiku Ewropew li hu entità li tiġġieled il-fordi li ssir fiha u anki kontrieha. Illum hemm 22 stat membru tal-UE li aċċettaw li jkunu membri f’dan l-Uffiċċju.

Hu qal li dan il-pass għat-twaqqif ta’ dan l-Uffiċċju hu konfermat mll-istatistika fejn jirriżulta li kull sena l-pajjiżi tal-UE jitilfu €50 biljun fi dħul mill-VAT waqt li fl-2015 kien hemm użu ħażin ta’ €630 miljun fl-iskemi tal-UE.

Dan juri li hemm sitwazzjoni li trid tkun indirizzata b’mod kollettiv fl-UE. Kull stat membru għandu wkoll obbligu li jipproteġi d-dħul tal-UE, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li Malta damet biex ħadet dan il-pass meta Malta qed tissemma’ kontinwament fi skandli negattivi.

Karol Aquilina qal li wara tmiem xhur il-Gvern għandu ma ħatarx iż-żewġ Prosekuturi Delegati li suppost kellhom jinħatru. Hu kompla li l-liġi titkellem dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew f’reati li seġġew f’territorji Malti iża li jaqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-Uffiċċju.

L-Uffiċċju jista’ jagħti struzzjonijiet lill-pulizija Maltin biex jagħmlu investigazzjonijiet partikolari; dan jgħodd ukoll għal kull aġenzija li tinforza l-liġi fil-pajjiż. Ir-rwol tal-Prosekutri Delegati għandu l-istess setgħat tal-pulizija eżekuttiva u tal-Avukat Ġenerali. Il-prosekuzzjoni ssir f’isem ir-Repubblika ta’ Malta għaliex dawn hma uffiċjali Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li din il-liġi ma tiswiex quddiem il-korruzzjoni li kixfet Daphne Caruana Galizia u jekk il-Kummissarju l-ġdid għadu ma ħax passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Hu fakkar li f’Novebmru 2019 il-Puliizija kienet qalet li Keithe Schembri kien rilaxxat mill-arrest b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u li ma tħossx li Keith Schembri kellu jibqa’ jinżamm taħt arrest. Għaddew dawn ix-xhur kollha u għadna ma nafux x’għamlet il-pulizija; minkejja li hemm rivelazzjonijiet li jmeru l-istqarrijiet tal-pulizija.

Hu qal li trid tkun bla qalb biex ma tħossx li Keith Schembri kien kompliċi u hu wieħed mill-mandanti fil-qtil.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Daphne Caruana Galizia inqatlet b’mod ippjanat, ordnat, iffinanzjat u mwettaq minn ċirku ta’ nies li kellhom u għad għandhom aċċess għal nies influwenti fil-pajjiż. Il-Pulizija qed jarrestaw lil Keith Schembri u Konrad Mizzi u jerġgħu jitilquhom.

Il-pulizja lanqas tinforma lill-pubbliku m’hi; dan it-taparsi arresti ta’ nies irid jieqaf. Din hi logħba li trid tieqaf, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li mhux aċċettabbli din is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi. Spiċċa ż-żmien tat-taparsi arresti, sostna d-deputat Nazzjonalista.