Sport Sport Ieħor

Tampa Bay Buccaneers jirbħu s-Super Bowl

(Ritratt: EPA)

Tampa Bay Buccaneers rebħu l-edizzjoni ta’ din is-sena tas-Super Bowl meta fil-finali għelbu lil Kansas City Chiefs 31-9.

Għal Buccaneers din kienet is-seba’ darba li rebħu s-Super Bowl bl-eroj tat-tim ikun Tom Brady. Dan kien l-ewwel staġun ta’ Brady mal-Buccaneers wara li ssieħeb magħhom mingħand New England Patriots. Buccaneers b’hekk saru l-ewwel tim li rnexxielu jilgħab u jirbaħ is-Super Bowl fl-istadium tiegħu stess.

Brady li għandu 43 sena sar l-ixjaħ plejer li qatt lagħab fis-Super Bowl u lagħab rekord ta’ partiti fejn lagħab 10 darbiet f’din il-kompetizzjoni daqs Peyton Manning.