Lokali

Tintrebaħ il-jackpot tal-Quaterno+ f’żewġ sibtijiet konsekuttivi

Il-Jackpot tal-Quaterno + intrebħet f’żewġ Sibtijiet konsekuttivi fix-xahar ta’ Jannar. Żewġ Maltin kellhom il-fortuna li jerbħu €280,000 u €250,000 mit-tlugħ tal-poloz li saru fit-23 u t-30 ta’ Jannar.

Waħda mill-plejers regolari tal-Maltco li xtrat il-biljett minn POS 350 f’San Gwann, rebħet is-somma ta’ €280,000 hekk kif qatgħet ħames numri. Il-mara, li tipparteċipa fil-logħob tal-lotterija ta’ Maltco fuq bażi ta’ kull ġimgħa, iddeċidiet li tittanta xortiha f’Quaterno + billi tilgħab ħames numri speċjali assoċjati magħha u għeluq snin r-raġel mejjet tagħha.

It-tieni rebbieħ ta’ Quaterno + daħħal fil-but €250,000 wara li rebaħ il-Quaterno + Jackpot fit-30 ta’ Jannar. Il-plejer li jipparteċipa wkoll fis-Super 5 flimkien ma’ logħob ieħor tal-Maltco, dejjem jilgħab l-istess ħames numri każwali: 19 – 22 – 31 – 45 – 53.

Ir-rebbieħa t-tnejn kienu bla kliem hekk kif talbu l-premju tagħhom mill-uffiċini tal-Maltco Lotteries. Huma ddeskrivew li ma kinux jafu bir-rebħ tagħhom fil-ħin tat-tlugħ. Iż-żewġ rebbieħa qalu li se jkunu qed jinvestu l-flus u jaqsmuhom mal-familja tagħhom filwaqt li jagħtu wkoll donazzjoni lil karitajiet Maltin.

Barra minn hekk, huma sostnew ukoll li huma ħerqana li jkomplu jilagħbu l-logħob favorit tagħhom tal-Maltco li joffru opportunitajiet kbar ta’ rebħ u premji tal-għaġeb fuq bażi ta’ kull ġimgħa. Maltco Lotteries tifraħ lir-rebbieħa xxurtjati talli laqtu l-aqwa Jackpots.