Lokali Parlament

Appell għall-waqfien tal-attakki personali u kattivi

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar appella biex imemdjatament jieqfu l-attakki personali u kattivi; liema attakki issa anki waslu fil-livelli li jattakkaw persuni b’diżabbiltà.

Dan l-appell id-deputat Nazzjonalista għamlu fil-parlament wara li fl-aħħar ġranet hu safa vittma ta’ attakk personali minn persuna anonima fuq facebook.

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar irringrazzja lil dawk li wrew solidarjetà miegħu wara l-attakki li hu sofra. Jien kapaċi nilqa’ għall-attakki iżda hemm barra hemm persuni b’diżabbiltà li m’humiex kapaċi jilqgħu għal dawn l-attakki. Nappella biex kwalunkwe kliem ta’ attakki jkun punit fil-liġijiet Maltin, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fil-każ tiegħu jkun opportun li fl-ewwel każ tkun il-persuna b’diżabbiltà li tkun informata qabel il-każ isir pubbliku.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ingħaqad mad-deputat Nazzjonalista fl-appell tiegħu u qal li l-Parlament jinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.