Lokali

Arrestat raġel b’rabta maż-żewġ serqiet

Ritratt: Mill-Arkivji

Fi ftit sigħat l-investigazzjonijiet mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 45 sena residenti l-Ħamrun li allegatament wettaq iż-żewġ serqiet f’San Ġwann u f’Ħal Qormi.

Ir-raġel ġie arrestat għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fil-Ħamrun, erba’ sigħat biss wara li wettaq serqa f’San Ġwann. Il-Pulizija identifikat il-vettura li allegatament intużat fis-serqiet u din instabet fil-Ħamrun, waqt li fiha nstabu ħwejjeġ li jaqblu ma’ dawk li allegatament kien liebes l-allegat ħalliel fiż-żewġ każijiet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Iktar dettalji dwar iż-żewġ każijiet irraportati tas-serqiet… f’San Ġwann:

F’Ħal Qormi: