Futbol Sport

Birkirkara faċilment mal-aħħar 16 tal-FA Trophy

(Ritratt: Stephen Gatt/MFA)

Birkirkara………………………………6

Lija A……………………………………….0

Birkirkara: A. Sylla (M. Spiteri 78′), Y. Yankam, P. Mbong, K. Zammit, F. Falcone, F. Verde, C. Attard, C. Bonanni (K. Friggieri 82′) , C. Prado (G. Farrugia 82′), O. Carniello, I. Ntow (R. Mbu 67′)

Lija A.: L. Bonnici, C. Cassar, S. Pedro, D. Scerri, N. Micallef (M. Flores 10′), H. Wood, J. Wells, C. Giordimaina (B. Antignolo 59′), N. McLaren (A. Galea 65′), G. Virano (A. Mizzi 66′), V. Alhinho

Referee: S. Pace

Assistenti referees: C. Francalanza, J. Muscat

Birkirkara kwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar 16 tal-FA Trophy u komplew fuq il-forma pożittiva tagħhom fil-kampjonat meta fis-Centenary Stadium b’moda faċli għelbu lil Lija Atheltic…..

Birkirkara fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta wara diversi passaġġi tajbin, kien pas fit-tul li sab lil Caio Prado fuq l-lemin li bi cross preċiż sab lil YANNICK YANKAM fil-kaxxa li kkonkluda mal-ewwel mill-viċin. Lija ma wettqux reazzjoni u kien ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima li Birkirkara rduppjaw meta minn pass fit-tul ta’ Paul Mbong, sab lil Isaac Ntow fuq x-xellug li bi cross preċiż, sab lil FEDERICO FALCONE fuq it-tieni lasta li kkonkluda għal ġewwa.

Fit-tieni 45 minuta, Birkirkara baqgħu jiddominaw u resqu viċin li jagħmluhom 3-0 meta fil-51 minuta, f’azzjoni simili tat-tieni gowl, Falcone minn taħt il-lasta xeħet għoli. Tmien minuti wara, Caio Prado wkoll resaq viċin li jagħmilhom tlieta iżda minn pożizzjoni komda xeħet barra. Żewġ minuti wara, pass tajjeb ta’ Prado sab lil Falcone li qabbeż minn fuq il-gowlkiper bil-ballun jgħaddi ftit barra.

It-tim imexxi minn Andre Paus għamilhom 3-0 fis-67 minuta meta minn freekick minn fuq ix-xellug li sab lil OSCAR CARNIELLO żmarkat gil-kaxxu u xellef il-ballun għal ġewwa. Birkirkara komplew ikabbru l-iskor u għamluhom 4-0 fl-74 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ CAIN ATTARD. Fil-81 minuta Birkirkara għamluhom 5-0 meta wara li avvanza u daħal fil-kaxxa, Paul Mbong sab lil CAIO PRADO li mill-viċin ma falliex.

CAIN ATTARD skorja t-tieni gowl tiegħu u s-sitt wieħed għal Birkirkara fit-83 minuta meta minn pass tajjeb tas-sostitut Reginald Mbu, daħal fil-kaxxa u kkonkluda għal wara Bonnici. Fid-89 minuta, Lija temmew jilgħabu b’għaxar plejers hekk kif Valdo Alhinhom waqqa’ lil Paul Mbong barra l-kaxxa wara li kien l-aħħar raġel fid-difiża, bir-referee Stefan Pace ikun pront u joħroġ il-karta l-ħamra.

FA TROPHY
Illum: Centenary Stadium: Birkirkara v Lija A. 8.30pm Għada: Centenary Stadium: Qormi v Tarxien R. 2.00pm, St. Andrews v Sliema W. 6.00pm National Stadium: Valletta v Gudja U. 2.00pm, Hibernians v Żejtun C. 6.00pm Hibernians Stadium: Floriana v Santa Lucia 2.00pm, Balzan v Mosta 6.00pm Victor Tedesco Stadium: Żebbuġ R. v Marsa 2.00pm, Naxxar L. v Swieqi U. 6.00pm Sirens Stadium: Birżebbuga S.P. v Xagħra U. 3.00pm Gozo Stadium: Sannat L. v Ħamrun S. 3.00pm Il-Ħamis: Centenary Stadium: Gżira U. v Mqabba 8.30pm