Lokali

Bla soluzzjonijiet għall-kriżi tal-kirjiet

Minkejja li fi 8 snin, Gvern Laburista għadu ma inawgurax binja waħda tal-‘housing soċjali’.. il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer stqarr ma’ Net News li, skont hu, il-Gvern qed jgħin lil min qed jaffaċċja ir-realta’ li jispiċċa bla saqaf fuq rasu minħabba l-kriżi tal-kirjiet. U dan qed isir bil-binji tas-social housing.

Il-ġimgħa li għaddiet…. il-Ministru responsabbli mill-Housing, Roderick Galdes ma wegibx lill-ġurnalisti dwar x’ser jiġri minn dawn in-nies li qedgħin fi kriżi li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom b’riżultat tal-kwistjonijiet marbuta mal-kirjiet ta’ qabel l-1995.

U waqt li Cyrus Engerer ikompli jisħaq li l-Gvern qed jgħin lin-nies permez ta’ diversi binjiet… minn naħa l-oħra Roderick Galdes stqarr illi ghadu qed jistenna li jkun ippubbikat ċensiment.

Intant waqt konferenza li fiha pparteċipaw l-MEP Cyrus Engerer kif ukoll Josianne Cutajar… kien konfermat li l-Unjoni Ewropea ser tkun qed tagħti 233 miljun ewro lill-pajjiżna ghall-pjan ta’ irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 u sabiex ikollna qawmien ekonomiku mill-ġdid. Flus li pajjizna qed jikseb grazzi ghall-vizjoni li kellu Gvern Nazzjonalista biex issehibna fl-UE.