Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu żewġ persuni oħra – 202 każi ġodda

Huma 202 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn it-Tnejn u t-Tleta…l-ogħla ammont ta’ każi ġodda matul ix-xahar ta’ Frar, s’issa.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 19,015 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 146 persuna biex issa huma 16,325 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra żewġt imwiet kawża tal-Covid-19, bil-vittmi jkunu raġel ta’ 81 sena li miet fir-Residenza tal-Anzjani ta’ San Vinċenz u mara ta’ 85 sena li tilfet ħajjitha fl-Isptar Mater Dei.

Sabiex l-ammont totali ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdiedu għal 284….17-il fatalità matul ix-xahar ta’ Frar.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,406

Dan filwaqt li tul il-jum tat-Tnejn ingħataw 2,028 vaċċin – b’1,132 jingħataw t-tieni doża.