L-eks Ministru Laburista tal-Finanzi Edward Scicluna issa nħatar ukoll membru fil-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Scicluna rriżenja minn Ministru u Membru Parlamentari biex jinħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
Fl-aħħar jiem tiegħu bħala Ministru, hu kien tella’ l-paga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali bi kważi €11,000 għal €100,000 fis-sena. Din iż-żieda kienet iġġustifikata bl-iskuża ta’ “anomalija” fl-iskala tal-pagi tal-Gvern.
Issa, bħala parti mill-Bord tal-Gvernaturi tal-MFSA, l-eks Ministru Laburista hu wieħed minn sitt membri taħt it-tmexxija ta’ John Mamo, li kien ikkonfermat bħala Chairman.
//= $special ?>