Sunday Eboh, eks plejer tal-futbol li beda l-karriera tiegħu f’Malta mat-tim ta’ Marsa fl-aħħar tas-snin disgħin u wara lagħab ma’ diversi timijiet oħra sakemm irtira mix-xena s-sena l-oħra ġie mixli flimkien ma’ erba’ persuni oħra fuq ta’ frodi.
Sunday Eboh ta’ 39 sena, li huwa minn Niġerjan u li iżda kiseb iċ-ċittadinanza Maltija tressaq il-Qorti flimkien ma’ Alexandra Pace, u ċ-ċittadini Niġerjani Collins Eguavoen, Marvis Iyeke u Tony Ogbonna ġew arrestati tard it-Tnejn filgħaxija u li tressqu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke u ġew akkużati b’ħasil ta’ flus.
Il-Pulizija qalet li mara anzjana Maltija sfat vittma tal-frodi wara li daħlet f’relazzjoni online ma’ min ħasbet li kien suldat Amerikan skjerat fl-Afganistan. Is-suldat suppost kien qed jirritorna Malta ladarba jintemm il-perjodu tiegħu f’dan il-pajjiż.
Minkejja li qatt ma ltaqgħet mas-suldat, il-mara ħadet ir-relazzjoni bis-serjetà, u ttrasferiet €58,000 lill-persuna li allegatament talbitha tħallas għall-ispejjeż tiegħu.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija żvelaw li l-allegat frodi kien qed isir fil-pajjiż minn grupp ta’ nies li kienu qed jaraw li l-flus kienu qed jiġu depożitati f’numru ta’ kontijiet bankarji lokali. Il-flus kienu qed jiġu trattati f’ammonti żgħar u maħsula. Il-Pulizija rnexxielhom jidentifikaw min kien wara l-iskem u arrestaw ħames individwi li għandhom bejn 28 u 58 sena.
Il-Pulizija tissuspetta li Ogbonna huwa l-moħħ fl-operazzjoni, għalkemm l-ebda kont ma ġie intraċċat lura lilu Eboh lagħab ma’ għadd ta’ timijiet Maltin, li jinkludu Marsa, Birkirkara, Victoria Hotspurs, Marsaxlokk, Floriana, Naxxar Lions, Birzebbugia, u Pembroke. Huwa lagħab ukoll mat-tim Grieg Apollon Smyrnis.
Il-Maġistrat Doreen Clarke irrifjutat il-libertà proviżorja wara li l-Prosekuzzjoni qajmet il-biża’ li l-akkużat jista’ jbagħbas l-evidenza jew javviċina lill-vittma vulnerabbli. Dan huwa l-ewwel każ li se jara nies jiġu akkużati għal frodi online permezz ta ‘relazzjoni virtwali.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukati Karl Muscat, Sean Xerri de Caro u Dr Abigail Caruana Vella mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Huma kienu megħjuna mill-Ispettur Sarah Zerafa mid-distrett ta’ Raħal Ġdid u l-Ispettur Claire Borg mill-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi. Id-difiża tmexxiet mill-Avukat Robert Anthony Piscopo.
//= $special ?>