Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal fil-parlament li teżisti problema minħabba li numru kbir ta’ ħaddiema barranin mhux qed ikunu reġistrati mal-entitajiet regolatorji tal-pajjiż.
Fl-Aġġornament tal-parlament Edwin Vassallo enfażizza l-importanza tad-dinjità umana u sostna li m’għandux ikun ripetut il-każ tat-tfal li jinbgħtu lura pajjiżhom. Meta l-pajjiż jaċċetta l-barranin għandu jassigura li dawn ikunu trattati bl-aqwa kundizzjonijiet. Il-Gvern għad għandu ħafna x’jitgħallem; il-barranin m’għandhomx ikunu trattati fi skjavitu modern.
Hu qal li 80% tas-sidien tal-ħwienet huma mħassba bil-livelli ta’ bejgħ waqt li tnjen minn tliet negozji jibżgħu li ma jwasslux sal-2022. Irid ikun ikkunsidrat li ż-żieda fil-paga minima żdiedet b’ €117 f’10 snin minn €660 għal €770; waħda mill-inqas żidiet fl-UE.
Dan minħabba li l-Gvern ħaddan il-mudell fuq iċ-cheap labour, sostna Edwin Vassallo, li kompla li hemm ukoll żieda fin-numru ta’ persuni fir-riskju tal-faqar kemm ta’ familji Maltin kif ukoll ta’ ħaddiema barranin.
Hu kkritika l-fatt li ħaddiema barranin lanqas huma reġistrati mal-entitajiet; dan ma jistax ikun aċċettabbli. Il-ħaddiema barranin qed iwassal għal żieda fil-prezz tal-propjetà b’effetti fuq il-ħaddiem Malti.
//= $special ?>