Lokali Parlament

Ħela ta’ flus il-poplu fil-kuntratti tal-isptarijiet

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex il-gvern iwaqqaf il-kuntratt ma’ Steward għaliex dan hu serq ta’ flus il-poplu.

Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-gvern se jkompli jinnegozja ma’ Steward meta l-kuntratt ixaqleb iktrar lejn min se jmexxi l-isptarijiet milli lejn il-Maltin. Dak li qed iseħħ mhux ġust; il-PN evalwa s-sitwazzjoni u għamel il-pressjonijiet fejn is-sitwazzjoni tkun irranġata minħabba li l-modernizzar li kellu jsir fil-fatt isir.

Il-fatti huma li l-poplu Malti għandu bżonn l-Isptar San Luqa, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u Karin Grech modernizzati. Mhux ġust li l-gvern qed jerġa’ jinnegozja ma’ nies li talbu iżjed miljuni biex jibqgħu jmexxu u ma min ma wettqux il-modernizzar miftiehem.

Id-deputat Nazzjonalista għandu viżjoni għall-isptarijiet Maltin u sostna li l-pajjiż qed jonfoq €1.2 miljun fi trasport għal-pazjenti bejn Għawdex u Malta. Dan kollu jista’ jkun iffrankat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li anki l-Awditur Ġenerali kkritika dan il-ftehim. Il-union tat-tobba sostniet ukoll li dan il-kuntratt kien bir tas-skieken, sostna Stephen Spiteri, li appella lill-gvern iwaqqaf dan il-kuntratt għaliex qed jinħlew flus il-poplu.