Ekonomija Lokali

Il-Bank Ċentrali jikkonferma żieda fir-rata ta’ qgħad

Il-Prodott Gross Domestiku reali ta’ pajjiżna naqas b’9.9% f’termini annwali fit-tielet trimestru tal-2020, li hija rata ta’ tnaqqis iżgħar minn dik esperjenzata fit-tieni trimestru – meta l-GDP naqas b’16.1%.

Dan kien konfermat f’rapport ippubblikat illum mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

L-istess rapport jikkonferma li r-rata tal-qgħad kienet ta’ 4.6%, ftit ogħla mir-rata ta’ 4.4% rreġistrata fit-tieni trimestru, u r-rata ta’ 3.7% rreġistrata sena qabel.