Charmaine Borg, ta’ 41 sena miż-Zurrieq, iżda residenti ż-Żejtun ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammettiet li f’Awwissu tal-2019 u qabel ikkommettiet serq ta’ flus minn ħanut għad-dannu ta’ koppja, li magħha kienet taħdem.
Borg, li ġiet emmnuta mill-Qorti qalet li s-serqa aggravata kienet ta’ €4,000 meta l-vittmi qalu li din tlaħħaq is-somma ta’ €30,000 li nsterqet minn negozju li jinsab fiż-Żejtun.
Il-Maġistrat Doreen Clarke qalet li dwar il-piena hemm diversi fatturi x’jittieħdu in konsiderazzjoni. Dwar l-ammont, u mis-sottomissjonijiet magħmula, jidher li sa qabel is-seduta miżmuma fil-25 ta’ Jannar 2021 il-vittma ma provdiex lill-Prosekuzzjoni bi prova dokumentata li
turi l-ammont preċiz misruq; iżda huwa pprovda biss kopji ta’ filmati meħuda minn filmati tas-CCTV li hemm fil-ħanut.
Waqt ix-xhieda tiegħu fil-Qorti huwa qal li bbaża l-ammont misruq ta’ €30,000 fuq zewg fatturi: il-‘projections’ li huwa ghamel dwar kif kellu jkun l-andament tan-negozju u l-konsegwenti qliegħ mistenni, u fuq il-filmati li tagħhom ġiet prezentata kopja.
Huwa qal ukoll li qabel ma sar ir-rapport lill-Pulizija huwa kien qed jipprova jilħaq ftehiem ma’l-imputata fis-sens li hu kien qed jitlob is-somma ta’ €15,000 f’daqqa (lump sum).
Qal ukoll li r-raġel ta’ Borg qabel mieghu fuq l-ammont ta’ €15,000 u anke ġew skambjati xi messaġġ fuq il-mobile. Il-Qorti qalet li f’dan ir-rigward il-‘projections’ waħedhom żgur mhumiex prova suffiċjenti tal-ammont misruq; il-fatt li sid il-ħanut kellu aspettattiva ta’ turnover f’ċerti ammonti mhux prova li n-negozju fil-fatt laħaq dik l-aspettattiva.
Dwar il-filmati li tagħhom ġiet esebieta kopja jinghad li fil-USB hemm 29 filmat. Fil-maġġoranza tal-filmati tidher l-imputata li, filwaqt minn dawn il-filmati hemm tnejn li huma l-istess. it-tieni wieħed u t-12 il-wieħed li ttieħdu fil-5 ta’ Awwissu 2019 fit-08:22hrs.
Fl-aħar zewg filmati: it-tnejn tat-8 ta’ Awwisuu 2019 (wieħed f’l-09:59hrs u l-ieħor 10:00hrs) juru l-mument meta l-imputata ġiet ikkonfrontata mill-koppja. B’dak li kienet qed tagħmel u tidher qed tohrog il-flus li kellha fil-but (ftit karti ta’ l-għoxrin Ewro) u tpoġġi flus fil-kexxun al-cash register wara li tagħmel bejgħ, taħbi xi karta jew karti ta’ flus f’idejha (anke tal-10
Ewro) u eventwalment idaħħalhom fil-but.
Minn dawn il-filmati mhux possibbli li wieħed jiddetermina kemm il-karta ta’ flus ħadet l-imputata. Żgur pero li mill-filmati ma jistax jingħad li ttiehdet is-somma ta’ €15,000 u wisq anqas €30,000 .
Lanqas il-messaġġi li ġew skambjati mar-raġel ta’l-imputata m’huma prova ta’ l-ammont dovut għaliex minkejja li hemm diversi skambji dwar jekk l-ammont dovut għandux jitħallas f’daqqa jew bin-nifs, u minkejja li jissemmew diversi ċifri, minn imkien ma jirriżulta xi ftehiem fuq xi
ammont partikolari.
Fin-nuqqas ta’ xi prova ‘l hemm minn kull dubbju dedatt mir-raġuni li l-ammont misruq huwa ta’ €30,000 jew xi ammont speċifiku ieħor u la darba l-imputata ammettiet li hija serqet madwar €4,000, il-Qorti aċċettat dan l-ammont bħala dak misruq.
Dwar il-piena li għandha tiġi imposta l-Qorti ħadet in konsiderazzjoni ukoll il-koperazzjoni tal-imputata mal-Pulizija, il-fedina penali netta tagħha, u l-ammissjoni f’l-aktar stadju bikri ta’ dawn il-proċeduri.
Għal dawn il-motivi l-Qorti, lliberata bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn. Sadanittant il-Qorti ordnat lill-imputata biex fi żmien sitt xhur tħallas lill-vittma s-somma ta’ €4,000. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Melvyn Camilleri.
//= $special ?>