Lokali

Imut wara li waqa’ 6 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel mill-Mali, residenti Ħaż-Żabbar, tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ madwar 6 sulari għoli f’Marsaskala.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq is-Silla meta għal xi raġuni s’issa mhux magħrufa l-barrani waqa’ għal isfel.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ir-raġel jingħata l-ewwel għajnuna, madanakollu sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret inkjesta maġisterjali kif ukoll diversi esperti sabiex jgħinuha fl-investigazzjonijiet.

Intant, l-invstigazzjonijiet tal-Pulizija dwardan l-inċident għadhom għaddejjin.