Allegatament, raġel daħal f’ħanut li jinsab f’San Ġwann b’arma tan-nar u talab il-flus lil kaxxiera, mara ta’ 42 sena residenti San Ġwann stess. Il-kaxxiera minnufih bdiet tgħajjat għall-għajnuna, bir-raġel jaħrab mill-post idu f’idu b’biża’ li jinqabad.
Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ għal ħabta ta’ siegħa ta’ waranofsinhar, liema każ seħħ fi Triq R. Caruana Dingli. Il-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fuq il-post u bdew għaddejjin bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għar-raġel.
Il-Maġistrat tal-Għassa, Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ordna inkjesta.
//= $special ?>

