Lokali

Jidħol f’uffiċju b’arma tan-nar u jisraq ammont ta’ flus kontanti

Allegatament, raġel daħal f’uffiċju f’Ħal Qormi liebes hoodie u maskla, armat b’arma tan-nar u talab ammont ta’ flus kontanti qabel ħarab minn fuq il-post.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ għal ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart, liema każ seħħ f’uffiċju li jinsab fi Triq San Bartolomew. Il-Pulizija tad-Distrett u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fuq il-post u bdew għaddejjin bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-ħalliel.

Jider li l-ħalliel avviċina lil ħaddiem, raġel ta’ 54 sena residenti l-Imsida, li fortunatament jidher li ma sofra l-ebda feriti kawża ta’ dan il-każ hekk kif ikkopera mar-raġel.

Il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ordna inkjesta.