Marflene Cricchiola ta’ 30 sena minn Bormla baqa’ miżmum taħt arrest preventiv mill-Maġistrat Joe Mifsud wara li ġie mixli li seraq €19,000 fi flus kontanti minn residenza.
Huwa ġie mixli wkoll li volontarjament għamel ħsara fuq propjetà ta’ terzi persuni u li kiser kundizzjonijiet ta’ żewġ sentenzi fost oħrajn u li sar reċidiv.
Fil-Qorti ngħad li s-serqa saret fil-lejl ta’ bejn it-23 u l-24 ta’ Novembru, 2019 minn residenza fiż-Żejtun wara li allegatament sgassa l-bieb ta’ barra. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u għaldaqstant l-akkużat baqa’ jinżamm arrestat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Saviour Baldacchino filwaqt li għal Cricchiola deher l-Avukat Ryan Ellul.
//= $special ?>