Futbol Sport

Juventus l-ewwel tim fil-finali tal-Coppa Italia

(Ritratt: EPA)

Juventus sar l-ewwel tim li kwalifika għall-finali tal-Coppa Italia meta fl-Allianz Stadium temmew fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Inter fit-tieni leg tas-semifinali. Dan wara li fl-ewwel leg fi Stadio San Siro kienu rebħu 2-1 fejn wara li Lautaro Martinez kien fetaħ l-iskor għal Inter, doppjetta ta’ Crisitano Ronaldo dawwret ir-riżultat favur il-bianconeri.

F’partita nieqsa minn azzjonijiet perikolużi, Juventus għarfu jagħlqu l-ispazzji b’mod tajjeb u ftit taw ċans lill-attakkanti ta’ Inter li jkunu perikolużi. Għada, jintlagħab it-tieni leg tas-semifinali bejn Atalanta u Napoli fejn wara li l-ewwel leg ntemm 0-0 kollox għadu miftuħ f’din il-partita.