Coronavirus Ekonomija Lokali Turiżmu

“Malta hi ‘safe’ mill-Covid” – Clayton Bartolo

Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo jirrepeti l-istess kliem li kienet qalet fis-Sajf Julia Farrugia Portelli. Dan hekk kif Bartolo għamel dikjarazzjoni diretta u bla tlaqliq meta qal li Malta hija sigura mill-Covid-19. Biex b’hekk injora għal-kollox il-każi ġodda u l-imwiet li qed ikollna ta’ kuljum.

Din l-istqarrija tal-Ministru tat-Turizmu saret waqt webinar li ġie organizzat dalgħodu, u li fih ingħatat ħarsa lejn il-prospetti li hemm fis-settur turistiku għat-12-il xahar li ġejjin.

Fl-intervent li għamel, Clayton Bartolo indika li sas-Sajf mhux se nkunu lura għan-normal – b’kuntrast ċar ma’ dak li qed jgħid il-Prim Ministru Abela.