Futbol Sport

Manchester United fil-kwartifinal b’rebħa wara l-ħin barrani

(Ritratt: EPA)

Manchester United għelbu lil West Ham United 1-0 wara l-ħin barrani. Dominju assolut minn Manchester United matul l-ewwel taqsima bid-difiza ta’ West Ham attenta bir-riżultat li Lukasz Fabianski rari kien impenjat. 0–0 sa tmiem l-ewwel taqsima bl-andament matul it-tieni taqsima jibqa’ l-istess bil-partita tmur għal ħin barrani. Fis-97 minuta Manchester United fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Marcus Rashford kien SCOTT MC TOMINAY li għeleb lil Fabianski, bit-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer jagħraf iżomm ir-riżultat sat-tmiem biex b’hekk kwalifikaw għall-kwartifinali

Immexxija minn Jonathan Woodgate, Bournemouth b’gowl f’kull taqsima għaddew għal kwarti tal-finali tal-FA Cup. Bil-logħob ikun maqsum fl-ewwel fażi tal-partita, fil-21 minuta Bournemoth fetħu l-iskor. Azzjoni ta’ Jack Stacey lejn SAM SURRIDGE li għeleb lil Bailey Peacock Farrell. Gowl li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. Bl-andament matul it-tieni taqsima jibqa’ l-istess , fit-88 minuta Surridge kien iffawljat minn Phil Billing. Darren England saffar penalty b’JUNIOR STANISLAS jgħeleb lil Peacock Farrell b’ Bornemouth fil-kwarti tal-finali.

FA CUP

Round tal-aħħar 16: Illum: Burnley v Bournemouth 0-2, Man Utd v West Ham 1-0 (et) Għada: Swansea v Man City 6.30pm, Leicester v Brighton 8.30pm, Sheff. Utd v Bristol City 8.30pm, Everton v Tottenham 8.30pm Il-Ħamis: Wolves v Southamtpon 6.30pm, Barnsley v Chelsea 9.00pm