Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’ħabta fil-Gudja

Ritratt: Mill-Arkivji

Raġel ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6p.m. fi Triq Dawret il-Gudja meta seħħet ħabta bejn karozza Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Gudja u mutur tat-tip Yamaha Crypton misjuq mill-vittma.

Fl-inċident kien involut ukoll żagħżugħ ta’ 17-il sena residenti ż-Żurrieq li kien passiġġier fuq il-mutur u li fortunatament ma sofriex ġrieħi.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.