Espert (hacker) tal-kompjuters li rnexxielu jinfiltra s-sistema tal-ilma ta’ belt fi Florida prova jikkontamina l-ilma b’ kimika perikoluża – iżda l-pjan tiegħu, b’xorti tajba, sfuma fix-xejn.
Il-hacker kien laħaq żied – għal ftit żmien – l-ammont ta’ sodium hydroxide fis-sistema għat-trattament tal-ilma f’Oldsmar, iżda ħaddiem (plant operator) induna bis-sitwazzjoni u rnexxielu jwaqqaf l-azzjoni li setgħet ħalliet konsegwenzi traġiċi.
Ammont kbir jew ‘eżaġerat’ ta’sodium hydroxide imħallat mal-ilma seta kkaġuna ‘il-problemi kbar’– bl-awtoritajiet isostnu li għad ma sarux ‘l-arresti’ b’konnessjoni mal-attentat.
Mhux magħruf, intant, jekk il-hacking sarx fl-Istati Uniti inkella minn barra l-pajjiż.
.
//= $special ?>