Kurżitajiet Lokali

X’qal Joe Friggieri waqt PROFILI dwar kuġinuh Oliver?

Fi PROFILI tal-bieraħ iltqajna mal-Professur Joe Friggieri fejn tkellem mhux ħażin dwar ħajtu u l-kisbiet li s’issa għamel. B’ċertu emozzjoni iżda meta saqsejnih dwar kuġinuh u x’relazzjoni kellu mal-Professur Oliver Friggieri, hu qalilna li sikwit kienu jfittxu ‘l xulxin fil-binja tal-Old Humanities fl-Università ta’ Malta.

“Kull darba meta konna mmorru nieħdu kafè dejjem kien jordna l-pastizzi… u jien kont ngħidlu Oliver Oliver…. u hu kien jgħidli dak ikel Malti”

Waqt ir-rakkont sa anki wera ittra li kien kitiblu fl-1995 biex Oliver iħeġġeġ lil Joe jikteb il-kotba tal-filosofija bil-Malti.

F’nofs ir-rakkont Joe ftakar ukoll li fil-Floriana kien jiltaqa’ ta’ spiss ma’ Oliver, u darba jiftakru taħt il-vara ta’ San Publju flimkien ma’ Henry Frendo u numru ta’ persuni oħrajn.

“Naħseb imma Oliver għalkemm kien iżomm mal-Furjana… qatt ma mar jarahom il-grawnd jilgħabu”

Joe Friggieri waqt il-programm intilef jirrakonta fuq esperjezi oħra fost l-oħrajn id-drammi li kiteb, il-kotba… bl-Istejjer tar-Ronnie jieħdu ftit ta’ prominenza, u kif ukoll dak li ġralu waqt xi lekċers fl-Università.

Wieħed jista’ jerġa’ jara dan l-episodju ta’ PROFILI hawnhekk.

PROFILI kull nhar ta’ Tnejn fid-8.45pm fuq Net TV.