Ambjent Lokali

Ara x’qalu n-nies dwar l-anomalija kbira fil-ħlas għal kull unit ta’ enerġija

Minkejja d-diversi skemi u inċentivi sabiex in-nies jinvestu fil-pannelli fotovoltajiċi, dan kollu qed jisfuma fix-xejn għaliex nies li għandhom il-pannelli biex jieħdu l-enerġija mix-xemx, xorta qed jispiċċaw b’kontijiet tal-elettriku li huma għoljin.

Fuq il-midja soċjali kienu ħafna li wrew ir-rabja tagħhom… B’wieħed jgħid li l-kontijiet għalkemm għandu l-panelli il-kontijiet xorta qed jiġuh għolja … u li issa għandu spazju mitluf fuq il-bejt…

Wieħed qal li meta ċempel u saqsa għala l-kontijiet xorta qed jiġu għoljin… qalulu li żied l-appliances… issa hu kiteb li mhux vera żied l-appliances…

Persuna oħra kitbet li lanqas ħaqq il-flus li ġew investiti… 14-il pannella, iżda l-kontijiet baqgħu għolja…

Mara oħra kitbet li serquha ħajja…. u l-kontijiet baqgħu ġejjin… filwaqt li wieħed kiteb li bil-flus li ntefqu… żgur wieħed għadu ma ġabx dak li nefaq…. u spiċċaw anzi jħallsu aktar…

Fl-aħħar jiem kien hemm numru ta’ kjuwijiet li kienu osservati matul din il-ġimgħa fil-bini tal-ARMS fil-Blata l-Bajda hekk kif ħafna konsumaturi lmentaw minnhabba d-differenza fir-rati…. u dan minkejja l-investiment ta’ mijiet jekk mhux eluf ta’ ewro fil-pannelli.

Kien propju l-Ħadd li għadda meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar proposta tal-PN biex persuna li tbigħ l-enerġija ġġenerata minn pannelli jew sorsi oħrajn titħallas l-istess prezz għal kull unit daqskemm l-ARMS tbigħ il-units.

Din hi proposta oħra tal-Partit Nazzjonalista, fl-impenn tiegħu bħala parti minn strateġija ħolistika li qed tkompli turi d-differenza kbira bejn il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista u l-politika tal-Gvern Laburista, li hi marbuta b’mażra ma’ kuntratti vvizzjati.

Kienu Gvernijiet Nazzjonalisti li kienu introduċew inċentivi sabiex persuni li jinvestu f’pannelli fotovoltajċi ikunu jistgħu ibiegħu l-enerġija ġġenerata lill-Enemalta. Iżda malli skadew l-aħħar kuntratti, is-sidien tal-pannelli spiccaw jitħallsu ferm inqas tal-enerġija iġġenerata, tant li issa qed imorru minn taħt.

Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista għabba lill-pajjiż bi proġett mifni b’irregolaritajiet, li bih il-poplu qed ikollu jixtri l-elettriku bil-għoli meta mqabbel mal-interconnector u li tilef l-opportunita’ li jikseb fondi Ewropej għall-pipeline tal-gass li kien ifisser it-tneħħija darba għal dejjem tat-tanker f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk.