Atalanta għeblu lil Napoli 3-1, riżultat li permezz tiegħu mid-draw ta’ 0 – 0 ta’ ġimgħa ilu f’Napli, kien biżżejjed biex jiksbu post fil-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus li ġurnata qabel eliminaw lil Inter. Sodisfazzjoni għal Gian Piero Gasperini li wara biss 10 minuti, Atalanta marru fil-vantagg. Azzjoni ta’ Marten de Roon b’ DUVAN ZAPATA jgħeleb lil David Ospina. B’Napoli jonqsu milli jwettqu reazzjoni immedjata, Atalanta approfittaw tant li fis-16 il-minuta rduppjaw. Pass ta’ Zapata b’ MATTEO PESSINA ma jfallix milli jgħeleb lil Ospina għat 2 – 0 .
Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Napoli fetħu t-tieni taqsima fuq l-attakk tant li fit-53 minuta HIRVING LOZANO għeleb lil Pier Luigi Gollini biex għamel l-iskor 2 – 1. Madankollu f’reazzjoni immedjata fis-77 minuta Atalanta skurjaw t-tielet gowl mill-ġdid permezz ta’ MATTEO PESSINA minn azzjoni ta’ Zapata. Gowl li għalaq il-partita b’Atalanta fil-finali tal-Coppa Italia.
//= $special ?>