Sport Sport Ieħor

Djokovic,Kyrgios u Halep fost ir-rebbieħa fit-tielet ġurnata mill-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru wieħed is-Serb Novak Djokovic għadda għar-round li jmiss fl-Open tal-Awstralja hekk kif għeleb lil Frances Tiafoe 6-3, 6-7, 7-6, 6-3 f’partita missielta miż-żewġ tennisti.

L-Awstraljan Nick Kyrgios kellu jitħabat mhux ftit sabiex għeleb l-isfida tal-Franċiż Ugo humbert 5-7, 6-4, 3-6, 7-6, 6-4 fejn kien minn taħt f’żewġ sets iżda irnexxielu jirkupra ir-riżultat u jgħaddi għat-tielet round.

Is-seed numru tnejn it-tennista Rumena Simona Halep, ukoll kellha tirkupra ir-riżultat wara li tilfet l-ewwel set 4-6 iżda rebħet iż-żewġ sets ta’ wara 6-4, 7-5 sabiex għamlita għar-round li jmiss.

Fost is-sorpriżi tat-tielet ġurnata kien hemm l-eliminazzjoni tar-rebbieħ ta’ dan il-Grand Slam fl-2014 Stan Wawrinka, fejn kien eliminat mit-Taljan Marton Fucsovics 7-5, 6-1, 4-6, 2-6, 7-6, f’logħba li damet qrib l-erba’ sigħat.