FLORIANA ……………1
SANTA LUCIA ………..3
Floriana: I.Akpan, E.Ruiz, N.Leone, K.keqi, J.A Ulises (J.Busuttil 85′), B.Paiber, J.Pisani, M.Garcia, A.Cini (J.Lombe Lumu 45′), F.Cheveresan (R.Camenzuli 69′), D.Agius.
S.Lucia: M.Montfort, A.Prates, K.Correa, A.Magri-Overand, N.Pulis, A.da Silva Souza (M.Camilleri 75′), K.Ante Rosero (L.Mckay 90′), V.Filho (T.Tabone Desira 75′), A.Caseres (J.Zerafa 65′), R.Tachikaw, K.Xuereb (A.Vella 90′).
Referee: T. Farrugia Cann
Floriana soffrew telfa umiljanti fil-partita tal-FA Trophhy kontra Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-1. B’hekk Santa Lucia għaddew għar-round tal-aħħar sittax f’din il-kompetizzjoni filwaqt li għall-Floriana komplew jiżdiedu l-problemi, wara s-serje negattiva fil-Kampjonat BOV Premier.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Santa Lucia waslet fid-disa’ minuta meta ix-xutt ta’ Kieran Xuereb għadda ftit għoli mill-lasti ta’ Akpan. Floriana irrispondew żewġ minuti wara, meta wara pass ta’ Jose Ulises, ix-xutt ta’ Keqi ġie mdawwar għall-corner mill-gowlkiper Miguel Montfort. Biex fit-12-il minuta Santa Lucia fetħu l-iskor meta minn cross ta’ Kevin Ante Rosero, kien AUGUSTO CASERES li ikkonkluda għal ġewwa min pożizzjoni faċli għal 1-0.
Santa Lucia irdoppjaw ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa tal-attakant prolifiku KEVIN ANTE ROSERO li sab ir-rokna t’isfel tax-xibka. Fit-tieni taqsima Santa Lucia komplew jiddominaw u fit-62 minuta għamluwhom tlieta, meta minn kontrattakk tajjeb ta’ Luiz Filho, reġa’ kien KEVIN ANTE ROSERO li tefa’ il-ballun ġewwwa għat-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Santa Lucia.
Floriana wettqu ftit reazzjoni fit-78 minuta meta minn cross ta’ Daniel Agius, kien Jeroen Lumu li kkonkluda barra mil-lasti ta’ Miguel Montfort. Floriana baqgħu jisfurzaw u fit-83 minuta irnexxielhom jiskorjaw, meta wara cross tajjeb ta’ Daniel Agius, kien l-attakant KRISTIAN KEQI li bir-ras xeħet wara Montfort, għal sjor finali ta’ 3-1.
//= $special ?>