Rowen Camilleri
SANNAT LIONS…1
ĦAMRUN S………..3
Sannat Lions: L. Xuereb, L. Baretto, J. Zammit, D. Hili (C. Vella 71’), L. Gomes(D. Borg 82’), M. Mifsud (O. Calleja 81’), J. Buttigieg, B. Said (A. Azzopardi 86’), H. Cruz, F. Xuereb (H. Muscat 82’), M. Perisi
Ħamrun S: J. Debono, M. Laraspata, A. Oyama (S. Xerri 46’), C. Borg (M.
Guillaumier 46’), D. Yeboah, I. Adeshina, B. Cittadini, K. Micallef, S. Doumbia
(J. Mbong 69’), E. Marcelina, D. Borg
Imwissija: M. Mifsud 52’, B. Said 62’(S)
Skorjaw: D. Yeboah 18’, S. Doumbia 63’ (Ħ), M. Perisic 56’ (S), B. Cittadini 91′ (Ħ)
Referee: Etienne Mangion
Assistenti Referees: Duncan Spencer u Vasil Vasilev
Ħamrun Spartans avvanzaw għar-rawnd li jmiss tal-F.A. trophy meta fil-Gozo stadium għelbu lil Sannat Lions bl-iskor ta’ 3-1. Wara 18-il minuta Ħamrun fetħu l-iskor meta Adeshina rnexxielu jaqbeż plejer fil-kaxxa avversarja u tefa pass lejn in-nofs li sab lil DAVID YEBOAH prattikament b’lasta vojta u faċilment tefa’ fix-xibka fid-debut tiegħu. Wara nofs sigħa logħob Cittadini għal Ħamrun qassam tajjeb lil Conor Borg li minn tarf il-kaxxa prova xutt fil-baxx iżda wara li Xuereb laqa’ parzjalment id-difiża ta’ Sannat begħdet il-periklu.
Fil-41 minuta ċans ieħor għal Ħamrun minn azzjoni mibdijja minn Darren
Borg li ta mal-linja lejn Oyama b’dan tal-aħħar jitfa’ kross fuq Doumbia li iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet barra. Fis-56 minuta Sannat ħasdu lil Ħamrun meta kien MILOS PERISIC li wara azzjoni personali prova xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa fl-angolu tax-xibka, bit-tentattiv ta’ Debono jkun għal xejn. Fit-62 minuta Ħamrun jingħtaw penalty meta kien Brandon Said li deher jimbotta lil Michele Laraspata fil-kaxxa. Mill-11-il metru kien SEYDOU DOUMBIA li tefa’ lil Ħamrun fil-vantaġġ.
Fit-73 minuta Mbong irċieva pass fil-kaxxa mingħand Yeboah u l-Internazzjonali Malti minn qagħda angolata prova xutt b’saħħtu li
għadda ftit barra. Sannat ma qatgħux qalbhom u fis-76 minuta Joseph Zammit prova tentattiv minn tarf il-kaxxa li għadda mħakkek mal-wieqfa. Fil-91 minuta Ħamrun issiġilaw ir-rebħa meta minn kross ta’ Mbong kien BLAS CITTADINI li bir-ras tefa’ fix-xibka għat-tielet gowl ta’ Ħamrun.