Internazzjonali

Il-WHO tirrakkmanda l-użu tal-vaċċin ta’ Oxford-AstraZeneca anki kontra l-varjanti ġodda tal-Covid-19

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għadha kemm irrakkmandat l-użu tal-vaċċin għal kontra l-coronavirus żviluppat mill-Università ta’ Oxford u AstraZeneca.

L-esperti tal-WHO qalu li dan il-vaċċin għandu jintuża anki fil-pajjiżi fejn qed jiċċirkulaw il-varjanti tal-Covid-19 li jnaqqsu mill-effettività tat-tilqim.

Sadanittant, il-WHO qalet li l-vaċċin jista’ jintuża għall-persuni li għandhom ‘il fuq minn 65 sena — u li żewġ dożi, mogħtija f’perjodu ta’ żmien speċifiku (bħalma qed iseħħ fir-Renju Unit), għandhom iżidu r-reżistenza għall-marda tal-Covid-19.

Dan kollu ħareġ mill-istudju tas-Strategic Advisory Group of Experts on Immunization (Sage) tal-WHO li kien qed janalizza l-provi tal-vaċċin inkwistjoni.