Futbol Sport

Imut Dai Davies, eks gowlkiper ta’ Wales u Everton

Tħabbret il-mewt ta’ Dai Davies, eks gowlkiper ta’ Wales u Everton fl-età ta’ 72 sena. Davies kien għal żmien twil qed jiġġieled il-marda tal-kanċer.

Għal perjodu ta’ seba’ snin, Davies kien l-aktar gowlkiper li lagħab għat-tim nazzjonali ta’ Wales fejn lagħab 52 darba. Minbarra ma’ Everton, Davies lagħab ukoll ma’ Swansea City, Tranmere Rovers u Wreham fost l-oħrajn.

Hu lagħab 82 darba mal-klabb minn Merseyside u kien parti mill-iskwadra tal-1974-75, fejn kienet ferm viċin li tirbaħ il-kampjonat f’dak l-istaġun. Il-klabb ta’ Everton wera s-sogħba għall-aħbar tal-mewt ta’ Davies u qal li kien rispettat minn kulħadd.