Lokali

In-nies diżgustati bid-diskors partiġġjan li uża Chris Fearne; kliem il-Ministru jmur kontra l-għaqda nazzjonali

Id-dinja għaddejja minn żmien diffiċċli. L-istess, pajjiżna, bil-poplu Malti u Ghawdxi qed jaffacja sfidi serji minhabba l-pandemija tal-COVID-19 li issa ilha kwazi sena fostna. 12-il xahar ta’ diffkultà kbira għal kull ċittadin; sena fejn kienet l-għaqda tal-poplu u s-sapport ta’ kull wieħed u waħda minnha lejn xulxin, żammna għaddejin.

Fl-aħħar jiem, kienu ħafna l-appelli għall-għaqda nazzjonali, fosthom mill-President ta’ Malta George Vella li saħansitra sejjaħ konferenza nazzjonali fuq dan is-suġġett tant importanti. Appell simili sar mill-Arċisqof Charles J Scicluna fil-jum tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

Iżda quddiem dawn l-appelli, jistona il-kliem illi lissen fl-aħħar jiem il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li meta kien qed jitkellem fuq l-istazzjon Laburista, għażel li jkun partiġġjan, fejn qal li ġejjin 40,000 vaċċin u qabbilhom man-numri li bihom il-Partit Laburista rebaħ lill-Partit Nazzjonalista. Kliem Chris Fearne imur kontra l-għaqda nazzjonali.

Din id-dikjarazzjoni ta’ Fearne ġibdet il-kundanna ta’ bosta għaliex ma setgħux jifhmu kif Fearne prova jirbaħ punti politiċi waqt li qed jitkellem fuq xi ħaġa hekk serja bħal ma hi l-COVID-19 u t-tilqim –  kummenti li ġabu rabja kbira fost ħafna, l-aktar dawk li spiċċaw bla xogħol, jew min tilef l-għeżież tiegħu.