Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa seħħ inċident fi Triq it-Tempesti, il-Qrendi fejn jidher li vettura, għal xi raġuni, baqgħet għaddejja minn fuq roundabout u daħlet f’vettura oħra li kienet qed tinstaq lejn l-istess direzzjoni.
Fortunatament, dan l-inċident ma ħalla l-ebda persuni jsofru minn xi feriti tant li s-sewwieqa rrifjutaw l-assistenza medika.
Din ir-roundabout mhux l-ewwel darba li kkawżat inċidenti simili wara li fl-aħħar xhur ġiet imfasla mill-ġdid. Fil-fatt, fil-21 ta’ Jannar li għadda kien sar inċident ieħor fejn karozza spiċċat mingħajr ir-roti tal-karozza. Dan wara li baqgħet għaddejja minn fuq ir-roundabout minħabba li m’hemmx sinjali ta’ gwida.
//= $special ?>

