Il-Pulizija Simon Schembri rtira wara 25 sena ta’ servizz lil pajjiżna, waqt liema karriera spiċċa tilef idu l-leminija f’inċident li kważi tilef ħajtu.
Fl-inċident, li kien seħħ lura fl-2018, Schembri kien tkaxkar diversi metri minn karozza misjuqa minn Liam Debono, li dak iż-żmien kellu biss 17-il sena u kien qed isuq kontra l-liġi.
Schembri kien ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika lura fl-2018 b’ringrazzjament tas-servizz li ta lil pajjiżna fejn saħansitra ssogra ħajtu waqt dan.
Wara dan l-inċident, Schembri kien beda The Blue Light Foundation, liema fondazzjoni toffri appoġġ morali u għajnuna psikoloġika u finanzjarja lil ħaddiema li jsofru xi feriti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
//= $special ?>

