Lokali Qorti

Jitressqu l-Qorti b’akkużi ta’ dokumenti foloz u diversi serqiet

Żagħżugħ ta’ 18-il sena u raġel ta’ 21 sena ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri wara li huma ġew identifikati li matul ix-xahar t’Ottubru, serqu appliances minn residenzi li kienu għadhom mhux abitati, fil-lokalitajiet tal-Imġarr u l-Mosta.

Il-Pulizija arrestat ukoll persuna b’akkużi relatati ma’ pussess ta’ dokumenti li mhumix tagħha, fost akkużi oħrajn.

Huma ser jitressqu l-Qorti llum fl-għaxra u nofs ta’ filgħodu, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit b’akkużi relatati.