Għaxar organizzazzjonijiet oġġezzjonaw għar-raba’ darba għall-proġett tad-db Group fuq is-sit fejn qabel kien hemm l-ITS. Huma jiddikjaraw li l-pjanti l-ġodda ma jindirizzawx il-problemi prinċipali li ilhom jissemmew ripetutament għal dawn l-aħħar tliet snin b’rabta ma’ dan l-iżvilupp massiċċ u intensiv f’żona primarjament residenzjali li tmiss ma żewġ siti ta’ Natura 2000.
L-organizzazzjonijiet innutaw li, għalkemm il-pjanti l-ġodda qed jiġu mpinġijin bħala tnaqqis fuq il-pjanti oriġinali, fil-fatt il-bidliet li saru huma minimi ħafna meta tqis il-volum kollu tal-proġett. L-applikant issa qed jipproponi li jibni żewġ torrijiet minflok wieħed, filwaqt li żdiedu tliet sulari residenzjali mal-pjanti ta’ qabel. Għalhekk, il-punti prinċipali li huma ta’ tħassib serju, baqgħu ma ġewx indirizzati bl-ebda mod u l-proposta emendata għadha tistona kompletament mal-ambjent tal-madwar.
//= $special ?>