Futbol Sport

Kwalifikazzjoni faċli għal-Lions

Chris Cassar

NAXXAR L. …………………….. 6

SWIEQI U. …………………….. 1

Naxxar L: A. Fenech, J. Sciberras, R. Mercieca, M. Mifsud, C. Bibaku, R. Cassar, A. Tenorio, R. Blandon, D. Kassekar, L.J. Schembri, B. Schembri

Swieqi U: E. Gatt, K. Sultana, M. Vella, K. Muscat, S. Gatt Baldacchino, E. Ayorinde, C. Bouvet, L. Zammit, D. Borg, M. Camilleri, M. Ivanovic

Referee: Aleksander Jovanovic

Naxxar Lions kisbu kwalifikazzjoni faċli mal-aħħar sittax tal-FA Trophy b’rebħa komda u sorprendenti ta’ 4-0 fuq Swieqi. Iż-żewġ naħat niżlu għal din il-logħba b’diversi plejers regolari nieqsa, iżda dawn in-nuqqasijiet inħassu biss minn naħa ta’ Swieqi li qatt ma daħlu fil-logħba.Wara appena tliet minuti Naxxar fetħu l-iskor b’xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Blandon jegħleb lil Gatt.

Minuta wara freekick ta’ Luke Zammit u save tajjeb tal-goalkeeper Naxxari Fenech.Fit-18-il minuta Ayorinde impenja lil Fenech li dawwar għal korner. Fid-29 minuta Naxxar irduppjaw meta Blandon irċieva ballun fit-tul antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper u xeħet f’lasta vojta.Naxxar ma waqfux u fil-35 minuta prattikament għalqu l-logħba meta Mercieca għadda tajjeb fuq il-lemin u qassam lejn Bibaku li skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Fit-42 minuta tentattiv ieħor ta’ Naxxar bix-xutt ta’ Lee Joe Schembri jmur ftit għoli.

Fit-tieni taqsima mas-siegħa logħob Naxxar skorjaw ir-raba’ gowl permezz ta’ Bibaku li b’xutt fil-baxx skorja t-tieni gowl personali tiegħu.  Fis-67 minuta Naxxar viċin il-ħames gowl bix-xutt ta’ Tenorio jaħbat ma’ sieq il-lasta.Il-ħames gowl wasal xorta waħda fis-76 minuta b’daqqa ta’ ras tas-sostitut Nick Borg. Fit-83 minuta wara diversi tentattivi gowl ta’ konsolazzjoni għal Swieqi permezz ta’ Salis Ibrahim.Kien baqa’ gowl ieħor fid-89 minuta permezz ta’ Tenorio li avvanza qabeż lill-goalkeeper u xeħet f’lasta vojta.