Futbol Sport

L-eks tfajla ta’ Jerome Boateng tinstab mejta fl-appartament tagħha…ġimgħa wara li temmew ir-relazzjoni tagħhom

Ġimgħa wara li temmew ir-relazzjoni ta’ bejnithom, it-tfajla ta’ Jeroma Boateng, Kasia Lanhardt instabet mejta fl-appartament tagħha fil-Ġermanja.

Għalkemm għadu mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt tagħha, il-pulizjija Ġermaniża m’humiex jikkunsidraw il-mewt tat-tfajla bħala qtil.

Boateng u Lanhardt kienu ilhom flimkien għal 15-il xahar b’Boateng jikkonferma t-tmiem tar-relazzjoni ta’ bejnithom l-ġimgħa li għaddiet fuq il-midja soċjali tiegħu.