Futbol Sport

Luxol St. Andrews jeliminaw lil Sliema Wanderers mill-FA Trophy

(Ritratt: Martin Agius)

Luxol St. Andrews………………………..1

Sliema W………………………………………..0

Luxol: D. Formosa, M. Muscat, L. Grech, M. Ono (J. Valletta 73′), G. Stefansson (D. Jackson 73′), K. Sano, R. Micallef, A. Borg Olivier, J. Sixsmith, A. Borg (S. Cassar Torregiani 93′), W. Camilleri

Sliema W: J. Galea, A. Satariano, K. Shaw, A. Milesi, J. Mintoff, P. Denilson (J. Cisotti 73′), J. Engerer (M. Sansone 73), D. Holla (E. Agius 63′), G. Aquilina, K. Kakinuma, J. Barbosa (M. Beerman 63′)

Referee: A. Scriha

Assistenti referees: M. Ciantar, K. Kavai

F’dik li tista’ titiqies bħala s-sorpriża tal-kompetizzjoni s’issa, it-tim mill-BOV Challenge League Luxol St. Andrews, eliminaw lit-tim mill-Kampjonat BOV Premier Sliema Wanderes 1-0.

Sliema minkejja li kienu superjuri tul il-partita naqsu milli japporfittaw mill-okkażjonijiet ta’ skor li ħolqu u fit-80 minuta spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara li tkeċċa Alessandro Milesi għat-tieni karta safra. Luxol approfittaw u skorjaw il-gowl tar-rebħa u dak ta’ kwalifikazzjoni fil-91 mintua permezz tas-sostitut, JED VALLETTA.