Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt u raġel qed isofri ġrieħi gravi

Jum l-10 ta’ Frar kien ikkaraterizzat b’inċident ikrah fiż-Żejtun dan hekk kif xufier ta’ vettura tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’residenza privata fiż-Żejtun….

James Barbara, is-sid kumpanija rinomata fil-catering u martu kienu involuti f’inċident bil-karozza fi Triq Bormla fiż-Żejtun, bil-mara ta’ 45 sena li kienet passiġġiera fil-karozza tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fil-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 50 sena li jgħix Ħal Tarxien, li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Lamborghini, tilef il- kontroll u ħabat f’residenza. Fil-vettura kien hemm il-mara ta’ 45 sena residenti Ħal Tarxien.

Immedjatament issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu … kif ukoll tim mediku. Ir-raġel u l-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji u tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.