Lokali

Mara l-isptar wara inċident f’Għajnsielem

Mara ta’ 47 sena minn Għajnsielem qed isofri ġrieħi ħfief wara li kienet involuta  f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.

L-inċident seħħ għal ftit qabel is-7am tal-Erbgħa hekk kif kien hemm ħabta bejn vettura tat-tip Opel misjuqa minn raġel ta’ 34 sena min-Nadur u vettura KIA misjuqa mill-mara minn Għajnsielem. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet minnufih lill-mara lejn l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn hemmhekk ġiet iċċertikata li qed isofri ġrieħi ħfief. Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.

Ritratt: Malta Road Traffic Updates