Futbol Sport

Penalty ta’ Jackson Lima jpoġġi lil Marsa mal-aħħar sittax

Chris Cassar

ŻEBBUĠ R. ………………… 0

MARSA …………………….. 1

Żebbuġ R: M. Grech, S. Bugeja, J. Micallef, J. Silveira, C. Gauci, K. Atkinson, R. Vella, S. Gauci, C. Vella, S. Miloskovic, G. Gesualdi.

Marsa: N. Vella, P. Chircop, J. Bondin, A. Monticelli, M. Micallef, J. Lima, C. Gatt Baldacchino, P. Teixeira Maia, F. Gusman, H. Shola, R. Coelho.

Referee: Slawomir Olucha

Marsa għaddew mal-aħħar sittax tal-FA trophy meta għelbu lil Żebbuġ 1-0, grazzi għal gowl ta’ Jackson Lima skorjat minn penalty. Il-logħba kienet bilanċjata fl-ewwel taqsima iżda wara li marru fil-vantaġġ Marsa ddominaw u kien jimmerithom il-kwalifikazzjoni.

Marsa kienu xi ftit sfortunati fejn fl-ewwel 24 minuta kellhom jagħmlu żewġ bidliet minħabba li weġġgħu Coelho Confetura u Gatt Baldacchino. Il-logħba kient ferm bilanċjata bit-tim ta’ Marsa jkollu iktar mil-logħob iżda Żebbuġ bdew jagħlqu tajjeb l-ispzji. L-ewwel u l-isbaħ azzjoni ta’ Marsa fit-33 minuta meta Shodiya mix-xellug qabbeż minn fuq il-goalkeeper lejn Dylan Grima li bir-ras minn taħt il-lasta xeħet inkredibilment għoli. Żewġ minuti wara xutt ta’ Jackson Lima jmur ftit għoli.

Fl-aħħar minuti tat-taqsima Żebbuġ perikolużi b’xutt ta’ Miloskovic li mar ftit barra u azzjoni ta’ Atkinson bil-goalkeeper ta’ Marsa jagħlaq tajjeb u jimblokka. Tnax-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima xutt ta’ Miloskovic imur għoli u ftit wara risposta ta’ Marsa b’xutt ta’ Chircop ukoll imur għoli. Fit-62 minuta kuntatt fil-kaxxa bejn Bugeja u Shola, bir-referee jordna l-penalty li minnu Jackson Lima ma żbaljax.

Seba’ minuti wara xutt sabiħ ta’ Chircop kien salvat minn Farrugia. Fil-75 minuta Marsa sfortunati meta minn azzjoni ta’ korner ix-xutt ta’ Mano Micallef ħabat mal-mimduda. Fit-80 minuta azzjoni ta’ kontrattakk bejn Teixeira Maia u Shola Shodiya bil-goalkeeper ta’ Żebbuġ isalva b’siequ.

Fl-aħħar minuti ċans ieħor għal Marsa iżda Lydon Micallef ma rnexxielhux jaqbeż lill-goalkeeper Grech.