Coronavirus Futbol Sport

Posposta l-partita mill-FA Trophy bejn Hibernians u Żejtun

(Ritratt: Martin Agius)

Ftit tal-ħin ilu, l-MFA ħabbret li l-partita bejn Hibernians u Żejtun Corinthians mir-rawnd tal-aħħar 32 tal-FA Trophy ġiet posposta minħabba għadd ta’ każijiet ta’ coronavirus fit-tim ta’ Żejtun.

L-MFA qalet li fil-jiem li ġejjin se tkun qed tħabbar id-data l-ġdida ta’ din il-partita. Intant il-partiti kollha li huma skedati għal llum se jintlagħbu kif skedat.