Knisja Kultura Lokali

RITRATTI: Illum Malta tiċċelebra l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl

“Nitolbu lil San Pawl biex ifejjaqna u jħarisna, u jeħlisna minn kull saram…. biex ikun San Pawl li jressaqna lejn Kristu l-feddej”

Dan kien il-messaġġ tal-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles J. Scicluna waqt il-pontifikal li kien iċċelebrat fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, fl-okkazzjoni tal-festa tal-10 ta’ Frar.

Fil-preżenza ta’ għadd ta’ persuni distini fosthom il-President ta’ Malta George Vella, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, lis-Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, il-Prim Ministru, u  Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra….l-Arċisqof tkellem dwar il-valur tal-hajja, u r-relevanza li għadha teżisti bejn dak li kien jippriedka San Pawl elfejn sena ilu u ma’ dak li qed ngħixu llum.

L-Arċisqof tkellem dwar l-importanza tar-responsabbilità ta’ kull nisrani li naraw li ma jkunx hawn sofferenza u li naġixxu meta naraw lil min qed ibati. Din is-sena l-festa ta’ San Pawl kienet iċċelebrata b’mod differenti minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija hekk kif, l-attivitajiet esterni tħassru kollha.

Din is-sena l-festa ta’ San Pawl kienet iċċelebrata f’mod differenti minħabba s-sitwazzjoni tal-imxija hekk kif, l-attivitajiet esterni tħassru kollha, madanakollu l-Beltin xorta pruvaw jagħmlu minn kollox biex il-Kapitali tidħol ftit fl-atmosfera ta’ festa… b’numru ta’ armar ta’ drappijiet.

Il-quddiesa tal-festa ta’ San Pawl mill-Belt Valletta xxandret dirett fuq Net Television.

Ritratti: Matthew Tabone u Martin Agius.