Sue Abela u Kayden Lagana’ rebħu l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat magħruf bħala Clash of the Titans. Lagana’ kiseb punteġġ ta’ 299 biex tejjeb fuq l-aħjar riżultat tiegħu. F’din l-ewwel edizzjoni tal-Kampjonat il-veterana Sue Abela, rebbieħa tal-Kampjonat tal-Ewropa spiccaw fl-ewwel post fil-kategorija tan-nisa.
Fit-taqsima tal-irġiel, Kayden Lagana’ kompla bil-wirjiet pożittivi tieghu meta fit-tielet logħoba kiseb 299 u kiseb record gdid tal-Malta TenPin Bowling Association meta kiseb total ta’ 1180 fuq ħames partiti biex kiseb l-ewwel post. Il-Kampjonat Clash of the Titans jintlgħab f’diversi stadji matul is-sena u huwa organizzat mill-Eden Superbowl bl-appoġġ ta’ Continental Cars.
//= $special ?>