Lokali

Talba għall-inizjattivi żgħar li jagħmlu differenzi kbar

“Nitolbu is-solidarjetà tal-poplu biex ikun ta’ spalla għal proposti xierqa għall-futur ta’ Inklużjoni Soċjali Sostenibbli, tanġibbli kif ukoll aktar attiva minn dik attwali” – Kien dan l-appell li sar minn Visual Non Visual Network biex persuni niqsin mid-dawl ikunu mgħejjuna u b’mod sħiħ ikunu parti mis-soċjetà tagħna.

Fil-fatt, huma qed jitolbu għal iktar ħsieb meta jsiru t-toroq biex ikunu iktar aċċessibli hekk kif ġurnata wara l-oħra qed isibu sinjali u pjanti f’nofs ta’ bankini, u nuqqas ta’ rampi, fost l-oħrajn. Dan hekk kif wieħed jista’ jsofri feriti serji jekk ma jkunx familjari mal-post.

Dawn l-inizjattivi jgħinu lil persuni neqsin mid-dawl għall-inklużjoni, liema inizjattivi huma żgħar iżda li jagħmlu differenzi kbar fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies.