Futbol Sport

Tarxien faċilment fir-round li jmiss

Qormi…………………..0

Tarxien R……………….3

Qormi: M. Falzon, O. Sidibe, A. Ayoub, L. Farrugia (D. Abela 84′), L. Theuma, G. Borg (K. Nanakida 71′), I. Mizzi, R. Uriu, A. Da Silva, I. Zammit, J. Williams (M. Busuttil 84′)

Tarxien R: D. Fernandes, F. Carlos (C. Zahra 68′), D. Falzon (V. Plut 84′), J. Debono, F. Leozinho, S. Rosado, L. Sciberras (D. Tabone 84′), E. Ssekisambu (L. Bonavia 88′), M. Tabone, C. Escobar, K. Attard (M. Spiteri 68′)

Referee: A. Johnson

Assistenti referees: T. Debono, L. Muscat

Tarxien Rainbows, bl-aktar mod faċli kwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy hekk kif għelbu lil Qormi 3-0.

Tarxien fetħu l-iskor wara 36 minuta permezz ta’ SOUZA ROSADO. Fit-tieni taqsima, it-tim imexxin minn Winston Muscat baqa’ jiddomina u kien fl-64 minuta li aċċertaw mill-kwalifikazzjoni b’gowl skorjat minn JURGEN DEBONO. Lejn it-tmiem id-debuttant żgħażugħ LUIGI BONAVIA għamilhom 3-0.