VALLETTA …………. 2
GUDJA …………………. 1
Valletta: H. Bonello, T. Caruana, S. Malano, S. Dimech, K. Nwoko (L. Sami 75′), E. Sala (M. Fontanella 59′), R. Muscat, L. Aguirre, R. Fenech, I. Maric, L. Campos.
Gudja: J. Azzopardi, A. Friggieri, (J. Brincat 82′), T. Gusman (E. da Silva 84′), L. Cremona (T. Vella 86′), G. Mensah, F. Pankarican, I. Gonzalez, T. Veronese, V. Conceicao (N. Micallef 46′), J. Bolanos, J. Grioli.
Referee: I. Barbara.
Valleta kellhom jitħabtu mhux ftit sabiex għelbu lil Gudja li sfaw jilgħabu b’għaxar t’iplejers, biex b’hekk għaddew għar-round tal-aħħar sittax tal-FA Trophy.
Gudja sfaw b’raġel inqas fil-21 minuta meta ir-referee Ishmael Barbara wera il-karta safra lil Juan Bolanos, bil-plejer jċapċap sarkastikament għal din id-deċiżjoni, bir-referee Barbara jurih it-tieni karta safra għal dan il-ġest, bil-konsewgwenza li ħalla lil Gudja b’għaxar t’ iplejers kontra Valletta.
Madanakollu Gudja marru fil-vantaġġ fil-31 minuta permezz ta’ TENSIOR GUSMAN li wara li qabeż id-difensur ta’ Valletta, ikkonkluda tajjeb wara Henry Bonello għal 1-0. Valletta irreaġixxew permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Lucas Campos li għaddiet ftit barra. Tensior Gusman naqas milli jirdoppja hekk kif ftit qabel intemmet l-ewwel taqsima tefa’ għoli minn quddiem il-lasti ta’ Valletta.
Fit-tieni taqsima Valletta ħarġu jfittxu l-gowl biex fit-63 minuta ġabu l-gowl ta’ draw permezz ta’ SANTIAGO MALANO li b’xutt mid-distanza ma ta’ l-ebda ċans lill-gowlkiper Jamie Azzopardi jsalva. B’Valleta jkomplu jagħfsu, fit-78 minuta marru fil-vantaġġ minn cross tajjeb minn fuq il-lemin ta’ Rowen Muscat, kien iż-żagħżugħ SHAUN DIMECH li kkonkluda ġewwa għal skor finali ta’ 2-1.